"M'hinix daqshekk stupidu, la nsir Re, mhux se nibqa' nindaħal"- il-Prinċep Charles | One News

Notifiki

“M’hinix daqshekk stupidu, la nsir Re, mhux se nibqa’ nindaħal”- il-Prinċep Charles

Il-Prinċep ta’ Wales qal li se jagħti l-opinjoni tiegħu fuq diversi temi wara li jsir Re, għaliex “m’hinix daqshekk stupidu”.

Fuq dokumentarju li xxandar għall-għeluq is-70 sena tiegħu, huwa qal li jkun assurd jekk jibqa’ jikkampanja fuq temi bħall-ambjent, li huwa magħruf li għandu opinjonijiet b’saħħithom dwaru.

Saħaq li bħala Re, se jkun qed jimxi mal-parametri kostituzzjonali u mal-protokol stabbilit.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend