May mistennija titlef vot f’Westminster dwar Brexit – One News

Notifiki

May mistennija titlef vot f’Westminster dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija titlef vot f’Westminster dwar il-ftehim li fasslet dwar Brexit. Dan qalu l-eks Segretarju għal Brexit, David Davis.

Davis, li rreżennja f’Lulju li għadda, qal li dan il-vot jista’ jiftaħ il-bibien biex l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jiddiskutu għal ftehim aħjar. Jidher ukoll li Londra għandha mijiet ta’ pjanijiet f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Minkejja li 95% tal-ftehim dwar Brexit jidher li ntlaħaq, iż-żewġ partijiet għadhom qed jiddiskutu l-garanzija li ma jkunx hemm qasma bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika Irlandiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend