Malta mfaħħra għall-irwol attiv tagħha fil-Mediterran | One News

Notifiki

Malta mfaħħra għall-irwol attiv tagħha fil-Mediterran

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela rrefferma l-impenn ta’ Malta lejn l-Unjoni Ewropea, u li tipparteċipa fi djalogu reġjonali. Dan waqt diskussjonijiet li saru mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran, l-UfM, Nasser Kamel. Din kienet l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f’Malta.  

Il-Ministru Abela faħħar ix-xogħol li tagħmel l-UfM, u qal li għandu jkun hemm aktar koperazzjoni fir-reġjun Mediterranju fid-dawl tad-diversi sfidi li dan qed jaffaċċja, bħas-sitwazzjoni fil-Libja, u l-immigrazzjoni. Intant, Kamel faħħar l-irwol ta’ Malta u l-mod kif inhi parteċipi fil-Mediterran. Qal li Malta hija l-pont ideali minħabba l-identità tagħha, il-qagħda ġeografika tagħha, u l-mod kif tmexxi l-affarijiet.

Iż-żewġ partijiet qablu li l-bżonnijiet tar-reġjun Mediterranju se tibqa’ fuq nett tal-aġena f’diversi fora reġjonali u internazzjonali. Dan filwaqt li jkun hemm diskussjonijiet proattivi mal-Afrika, fosthom il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li se ssir Malta f’Jannar li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend