Irid jibdel l-età tiegħu biex ikollu aktar suċċess fuq Tinder | One News

Notifiki

Irid jibdel l-età tiegħu biex ikollu aktar suċċess fuq Tinder

Olandiż ta’ 69 sena beda’ l-proċeduri legali biex jibdel id-data tat-twelid tiegħu biex ikun ikollu aktar ċans isib l-imħabba ta’ ħajtu. 

Emile Ratelband qed jiġġieled fi-Qorti f’Amsterdam biex id-data tat-twelid tiegħu mill-11 ta’ Marzu 1949, għall-11 ta’ Marzu 1969, biex jiġi 20 sena iżgħar.

“Ngħixu fiż-żmien fejn tista’ tibdel il-ġeneru u ismek, għalfejn ma nistax inbiddel l-età tiegħi?”, kien l-argument tar-raġel. Ratelband argumenta wkoll li l-età tiegħu qed tillimitah, tant li mhux qed ikollu suċċess fuq Tinder.

Jidher li l-Qorti Olandiża se tiddeċiedi dan fi żmien erba’ ġimgħat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend