"Il-PN waħdu iżolat fin-negattività"- il-PL | One News

Notifiki

“Il-PN waħdu iżolat fin-negattività”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ l-uniku vuċi li dwar pajjiżna għandu biss affarijiet negattivi xi jgħid.Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota kif, minkejja li llum il-Kummissjoni Ewropea poġġiet lill-pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa f’rapport ta’ tbassir ekonomiku magħruf bħala tal-ħarifa, il-Partit Nazzjonalista ma kellu xejn xi jgħid dwar dan.

Minflok, jibqa’ joħroġ stqarrijiet ripetuti dwar temi li l-gvern diġà wieġeb dwarhom u ta spjegazzjonijiet dettaljati ta’ x’qed isir biex l-istituzzjonijiet jibqgħu jissaħħu minn kif ħallihom Gvern Nazzjonalista.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend