Il-PM iżur il-Fiera tal-Ktieb fil-Belt | One News

Notifiki

Il-PM iżur il-Fiera tal-Ktieb fil-Belt

 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-Festival tal-Ktieb li jinsab għaddej f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt.

Apparti l-merħba sabiħa li ngħata min-nies preżenti, il-Prim Ministru ngħata wkoll diversi kotba mill-esebituri.

F’din il-fiera, li qed titqies bħala l-akbar waħda f’Malta fl-aħħar snin, hemm preżenti aktar minn 40 esebitur.

L-organizzaturi qalu ma’ dan l-istazzjon li għalkemm għadu biss it-tieni jum tal-fiera, ir-rispons tal-pubbliku kien wieħed tajjeb ħafna, b’attendenza sinjifikanti ta’ tfal.

Il-pubbliku baqagħlu ċans iżur dan il-festival sal-Ħadd li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend