"Biċċa xogħol mill-aqwa fl-organizzazzjoni ta' Valletta 2018" – esperta fil-kultura | One News

Notifiki

“Biċċa xogħol mill-aqwa fl-organizzazzjoni ta’ Valletta 2018” – esperta fil-kultura

Xahar ‘il bogħod mill-għeluq tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-President tal-University Network of the European Capitals of Culture, il-Professur Flora Carrijn faħħret ix-xogħol u l-attivitajiet kollha li saru b’rabta ma’ Valletta 2018.

 

Din l-għaqda tiġbor fi ħdanha l-Universitajiet kollha fl-ibliet li kienu nkurunati l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, inkluż l-Università ta’ Malta. Kien għalhekk li l-laqgħa annwali ta’ din l-għaqda ttellgħet fl-Universita l-antika fil-Belt Valletta.

Il-Professur Carrijn semmiet b’mod partikolari l-attivitajiet li ttellgħu fil-Belt Valletta fosthom il-ftuħ tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Jannar li għadda u għadd ta’ attivatjiet oħra li komplew iqarrbu l-arti u l-kultura lejn il-poplu Malti:

“You have done a wonderful job, and every month you had a new journal of manifestations. You have done well with all the manifestations that are going on, and it is a very innovative way of performing arts, but also encompassing the tradition of the culture of Malta, and it is this combination that attracts people from abroad, and I hope, the citizens of Malta”.

Il-laqgħa ġiet indirizzata mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici li ħabbar kif il-fondi allokati għall-Kultura għas-sena d-dieħla żdiedu bi t18%, għal total ta’ kważi €83 miljun.

Qal li din iż-żieda se tiġi investita f’oqsma ġodda tal-kultura, b’mod partikolairi fejn kien hemm defiċit kulturali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend