Alfred Sant jiddiskuti Brexit mal-Ministru Ingliż Brandon Lewis | One News

Notifiki

Alfred Sant jiddiskuti Brexit mal-Ministru Ingliż Brandon Lewis

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli dwar in-negozjati tal-Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Brandon Lewis huwa Ministru Bla Portafoll tal-Gvern Brittaniku u huwa responsabbli għat-tħejjija u l-leġislazzjoni dwar il-Brexit għall-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru Theresa May.

Dr Sant u l-Ministru Lewis iddiskutew il-possibilta` tat-tieni Referendum dwar il-Brexit, il-possibilta` ta’ ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit fil-Kunsill Ewropew ta’ Novembru u l-impatt ta’ Brexit fuq is-swieq kapitali u l-ekwivalenza tagħhom fuq prodotti finanzjarji, id-drittijiet ta’ ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u d-drittijiet taċ-ċittadini Brittaniċi fl-UE.

Alfred Sant se jindirizza Konferenza dwar l-effetti tal-Brexit fuq Malta nhar il-Ġimgħa fil-lukanda Suncrest, Qawra fis-7pm. Il-Konferenza se tiddiskuti il-prospetti għar-Renju Unit u għall-istati membri tal-UE u l-effetti ta’ Brexit fuq l-ekonomija Maltija. Il-pubbliku mistieden jattendi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend