Trump ikeċċi lill-Avukat Ġenerali | One News

Notifiki

Trump ikeċċi lill-Avukat Ġenerali

L-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Jeff Sessions, tkeċċa minn din il-kariga mill-President Donald Trump. Trump ikkonferma fi tweet li ċ-Chief of Staff tal-Avukat Ġenerali stess, Matthew J. Whitaker, se jkun qed jieħu postu.

Sessions tkeċċa mill-kariga tiegħu wara xhur ta’ kritika lejn il-President Amerikan, minkejja li kien fost l-ewwel persuni li appoġġjawh meta ħabbar li se jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend