Kunċert vokali u strumentali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija | One News

Notifiki

Kunċert vokali u strumentali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija

Wieħed mill-aqwa gruppi popolari Maltin ir-Red Electrik se jkun wieħed mill-mistiedna speċjali tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta flimkien mal-kantant lokali li għamel suċċess fl-Isvezja Kevin Borg.

Flimkien ma’ dawn, il-Banda tal-Pulizija stiednet ukoll uħud mill aqwa Kantanti versatili lokali fosthom lil Neville Refalo, Corazon, Ozzy Lino u Ritienne.

Hemm ukoll mistiedna s-Sopran Ruth Sammut Casingena, t-Tenur Alan Sciberras, il-Vjolinista George Curmi Puse`, il-Malta Police Pipe Band, kif ukoll Guest Musicians Ensemble: line up formidabbli li se jkompli jgħolli fil-livell il-Kunċert The Malta Police Band in Concert imtella’ mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta` Malta b`riżq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Imexxu l-l-Kunċert il-Comperes Christine Dalli u Frank Zammit.

l-Kunċert se jsir taħt il-Patroċinju Distint tal-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca President ta’ Malta. Id-dħul se jkun b’xejn, iżda sejra tintalab donazzjoni ta’ €12 għall-fond tal-President għall-bżonnijiet ta’ dawk l-aktar li għandhom bżonn fosthom nies b’ mard serju u terminali.

Kulħadd huwa kordjalment mistieden li jattendi għal dan il-Kunċert imtella’ mill-Banda tal-Pulizija li se jsir fis-Sir Temi Zammit Hall tal-Università ta’ Malta nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018 fit-8pm.

Dan se jkun wieħed mill-aqwa kuncerti li qatt tellgħet il-Banda tal-Korp tal-Pulizija bl-aqwa siltiet mużikali mir-ripertorju tagħha li se jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Tistgħu tibbukkjaw online għal dan il-Kunċert minn fuq http://ticketline.com.mt jew inkella mill-Embassy Cinema Desks il-Belt Valletta sabiex tilħqu l-aqwa postijiet. Titilfuħx!

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend