Is-Sirenetta b'riżq Dar Bjorn f'Ħal Kirkop | One News

Notifiki

Is-Sirenetta b’riżq Dar Bjorn f’Ħal Kirkop

Grupp ta’ studenti u għalliema li jiffurmaw parti minn Benedittu Productions fi ħdan l-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, ser iżommu l-appuntament tagħhom bil-pantomima tradizzjonali tal-Milied, li din is-sena ser iġġib l-isem ta’ Is-Sirenetta.

Għal darb oħra ser inkunu nistgħu nassistu għall-spettaklu mżewwaq b’mużika, kant, żfin, ċajt, kostumi u xenarju mill-isbaħ li ġie ppreparat minn għadd kbir ta’ studenti u għalliema.  Il-ħidma fuq din il-produzzjoni ilha għaddejja x-xhur sabiex ikun żgurat li din terġa’ tkun  produzzjoni ta’ divertiment għall-familja kollha.

Ser isiru 5 rappreżentazzjonijiet għall-iskejjel u 4 għall-udjenza ġenerali. Bl-attendenza tal-pubbliku ser tkunu qed tingħata għajnuna lill-iskola sabiex tiġbor fondi għal Dar Bjorn. Din ser tkun it-tieni darba li l-iskola tagħna ser tiġbor għal dan il-għan. F’Ottubru tas-sena l-oħra, l-iskola preżentat donazzjoni ta’ €10,000 lil Bjorn Formosa u din is-sena għandna l-mira li niġbru l-istess somma jew anke aktar.

Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ Is-Sirenetta ser ikunu fit-13, 14, 15 u 16 ta’ Diċembru fis-7pm. Biljetti jinqatgħu minn fuq http://ticketline.com.mt  Wieħed jista’ jsegwi aktar dettalji billi jżur il-paġna ta’ Facebook Benedittu Productions.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend