Daqqa ta' ħarta għal Donald Trump | One News

Notifiki

Daqqa ta’ ħarta għal Donald Trump

Id-demokratiċi tal-Istati Uniti ħadu l-kontroll tal-kamra tar-rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu li saru lbieraħ, b’din tkun deskritta bħala daqqa ta’ ħarta kbira għall-President Amerikan Donald Trump.

It-teħid tal-kontroll għall-ewwel darba fi tmien snin ser tagħti ċ-ċans lid-Demokratiċi li jxekklu l-aġenda tal-President Donald Trump.

Minkejja dan, ir-repubblikani ta’ Trump żammew il-kontroll tas-senat.

Il-kandidati nisa jidher li serqu x-xena f’dawn l-elezzjonijiet f’dik li qed tkun meqjusa bħala s-Sena tan-Nisa.

Id-demokratiċi issa jistgħu jiskattaw investigazzjonijiet fuq l-amministrazzjoni ta’ Trump u negozjati, minn kwistjonijiet b’rabta mat-taxxa għal kunflitti potenzjali ta’ interess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend