BIL-FILMAT: L-aħħar single ta' The Travellers – Umani | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-aħħar single ta’ The Travellers – Umani

L-aħħar single mill-ewwel album ‘Iljuni fis-Silġ’ ta’ The Travellers, ‘Umani’, tieħu xgħira differenti mill-istil ferrieħi u pop li s-soltu jiktbu huma u minflok, qed joħolqu dikjarazzjoni ta’ kompassjoni, empatija u solidarjetà.

Ir-razziżmu, l-Iżlamofobija, il-ħomofobija (eċċ.), jew il-biża’ irrazzjonali u diskriminazzjoni bla bżonn kontra gruppi etniċi li jinsabu fil-minoranza, kull ma jmur qed joħolqu aktar firda bl-użu tagħhom minn opportunisti biex jieħdu
vantaġġ politiku fuq aġenda populista.

B’ ‘Umani’, The Travellers iridu jneħħu dan is-suġġett mil-lenti politika u partiġġjana għal wieħed umanitarju, fejn ikun hemm aktar edukazzjoni, tjubija u jifhmu aktar il-mibegħda f’kull forma tagħha, waqt li jinkoraġġixxu lilna lkoll li nkunu protagonisti għal ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend