ARA: Premjazzjoni Annwali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu – One News

Notifiki

ARA: Premjazzjoni Annwali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu organizzat l-Ikla Annwali tagħha bil-qofol tas-serata tkun il-Premjazzjoni liċ-ċiklisti kollha li kisbu xi suċċess matul dan l-istaġun li għadu kif intemm fid-diversi kategoriji. Kien ppremjat ukoll il-klubb ta’ Mosta AF Sign Studio CC bħala r-rebbieħ kemm tal-Elite Aggregate Cup, kif ukoll dik tal-Overall Aggregate Cup. Nagħtaw ukoll  tifkiriet ta’ apprezzament lil Joe Bajada, Segretarju Ġenerali, Etienne Bonello, Direttur Tekniku, kif ukoll liċ-ċiklista professjonali Taljan Valerio Agnoli li t-tlieta li huma kienu responsabbli b’kull mod fil-Kamp ta’ taħriġ li sar fi Fiuggi f’Lulju li għadda.

Apprezzament ieħor ingħata lit-tfajjel Jake Vella għall-inspirazzjoni, determinazzjoni, kif ukoll dedikazzjoni tiegħu minkejja li jbagħti minn kundizzjoni rari.

Il-preżentazjonijiet, li tmexxew mis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Joe Bajada, saru minn uffiċjali għolja tal-istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier, Delegati tal-Klubbs preżenti, kif ukoll mill-mistiedna speċjali Valerio Agnoli u l-Hon. Clayton Bartolo li huwa l-kordinatur tal-Proġett il-ġdid tal-Federazzjoni: Agnoli – Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

Matul is-serata saru diskorsi mill-President John Zammit fejn ta ħarsa lejn  l-istaġun li għadu kif spiċċa, kif ukoll semma il-parteċipazzjoni internazzjonali fejn il-mira ewlenija tal-Federazzjoni trid ikun li wieħed jippjana għal futur aħjar billi ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna u għalhekk li l-Federazzjoni ġa bdiet tinvesti bil-limitazzjonijiet tagħha f’dan il-proġett. Huwa radd ħajr lid-delegati u l-uffiċjali tal-klubbs, mhux biss għal-preżenza tagħhom f’din is-serata, iżda wkoll għal parteċipazzjoni taċ-ċiklisti membri tagħhom, kif wkoll għal koperazzjoni tagħhom li meta intalbet xi għajnuna dawn kienu ta’ spalla għal Federazzjoni. Huwa radd ħajr ukoll lis-Segretarju Ġenerali Joe Bajada, li ddeskriviħ bħala l-persuna li tidħol b’ruħha u ġisimha għal kull ma jkun hemm bżonn.

Valerio Agnoli minn naħa tiegħu qal li din hija okkażjoni speċjali għalih wara l-ewwel esperjenza barra minn xtutna ta’ grupp ta’ ċiklisti żgħażagħ li huwa ospita fi Fuiggi. Huwa saħaq fuq l-importanza li kulħadd jifhem għaliex beda jitħaddem dan il-proġett li fih il-mira hija li jkollna ċiklisti li fil-futur ikunu jistgħu jikkompetu b’suċċess barra minn Malta. Huwa qal li iktar dettalji ser jingħataw fi ftit jiem oħra meta huwa jerġa jirritorna f’pajjiżna. Agnoli qal li b’sodisfazzjon u bil-kollaborazzjoni tal-Membru Parlamentari Clayton Bartolo, huwa ġa kellu laqgħa mportanti mal-Prim Ministru Malti fejn spejgalu kif flimkien mal-Federazzjoni jistgħu jagħmlu pjan serju ta’ kif għandu jiġiżviluppat dan l-isport. Huwa enfasizza li kulħadd għandu jifhem li minn dan ix-xogħol kollu jiddependi l-futur taċ-ċikliżmu f’Malta.

Joe Bajada filwaqt li semma li dawk kollha li pparteċipaw fil-Kamp ta’ taħriġ fi Fuiggi ser jingħataw tifkira biex din tkompli tistimulahom għal kampijiet oħra li mistennija li jibqgħu jsiru barra minn Malta, semma ukoll kif il-Federazzjoniħasbet biex tagħti apprezzament mill-iktar xieraq u meritat lit-tfajjel Jake Vella, li bla dubju huwa wieħed mill-iktar persuni li jagħti eżempju f’dik li hija inspirazzjoni, determinazzjoni, kif ukoll dedikazzjoni. Bajada semma kif Jake ta’ seba’ snin minkejja li ibagħti minn kundizzjoni rari, mhux biss seraq il-qlub Maltin, iżda fuq kollox qed iservi ta’ ispirazzjoni għal bosta, fejn kulħadd jammira f’Jake dan il-fatt li minkejja li għandu din il-kundizzjoni huwa xorta waħda jibqa’ sportiv u ma jaqtax qalbu.

Unuri mirbuħa ndividwalment:

L-Unuri fil-Kampjonat tar-Road Race ntrebħu minn:

Kategorija Elite Irġiel:

  1. Christian Formosa        The Cyclist                         510punt
  2. Maurice Formosa         The Cyclist                         495punt
  3. Alexander Pettett        Pro Action – Volata CT          470punt

Kategorija Elite Nisa:

  1. Marie Claire Aquilina    Team Greens                      600punt
  2. Michelle Vella Wood     Team Greens                      485punt
  3. Marion Pullicino           Mosta AF Sign Studio CC       315punt

Kategorija Juniors:

  1. Isaac Spiteri               The Cyclist                         600punt
  2. Gianluca Camilleri        B’Kara St.Joseph SC             490punt

Kategorija Masters 40+:

  1. Malcolm Cachia           The Cyclist                         555punt
  2. Ivan Zammit              B’Kara St.Joseph SC             550punt
  3. Mario Attard               Team Greens                      450punt

Kategorija Masters 50+:

  1. Mark Schembri           Mosta AF Sign Studio CC       600punt
  2. Steve Mifsud               Mosta AF Sign Studio CC       505punt
  3. Joseph Micallef            The Cyclist                        330punt

Kategorija Subien U/16:

  1. Sean Enriquez             Mosta AF Sign Studio CC       550punt
  2. Mika Zammit              Agones SFC                                330punt
  3. Nikol Micallef              Mosta AF Sign Studio CC       200punt
  4. Malcolm Vassallo         Mosta AF Sign Studio CC       200punt

Kategorija Tfajliet U/14:

  1. Kristina Spiteri            The Cyclist                         600punt
  2. Justine De Giorgio        Mosta AF Sign Studio CC       525punt
  3. Bettina Falzon             Mosta AF Sign Studio CC       310punt

Kategorija Subien U/14:

  1. Matthew Galea Pirotta  Mosta AF Sign Studio CC       600punt
  2. Luke Joseph Camilleri   Mosta AF Sign Studio CC       470punt
  3. Nathan Zammit           Mosta AF Sign Studio CC       435punt

L-Unuri fil-Kampjonat tat-Time Trial intrebħu minn:

Kategorija Elite Irġiel:

  1. William Hili                 Mosta AF Sign Studio CC       575punt
  2. Alexander Pettett        Pro Action – Volata CT          510punt
  3. Etienne Bonello           Team Greens                      455punt

Kategorija Elite Nisa:

  1. Marie Claire Aquilina    Team Greens                      600punt
  2. Michelle Vella Wood     Team Greens                      505punt
  3. Marion Pullicino           Mosta AF Sign Studio CC       455punt

Kategorija Juniors:

  1. Isaac Spiteri               The Cyclist                         600punt
  2. Gianluca Camilleri        B’Kara St.Joseph SC             525punt
  3. Nicholas Vella             Agones SFC                                155punt

Kategorija Masters 40+:

  1. Ivan Zammit              B’Kara St.Joseph SC             575punt
  2. Malcolm Cachia           The Cyclist                         480punt
  3. Nicholas Schembri       Mosta AF Sign Studio CC       385punt

Kategorija Masters 50+:

  1. Steve Mifsud               Mosta AF Sign Studio CC       600punt
  2. Joseph Micallef            The Cyclist                        175punt
  3. Mark Schembri           Mosta AF Sign Studio CC       175punt

Kategorija Subien U/16:

  1. Sean Enriquez             Mosta AF Sign Studio CC       555punt
  2. Michael Sean Darmanin        Mosta AF Sign Studio CC       425punt
  3. Malcolm Vassallo         Mosta AF Sign Studio CC       355punt

Kategorija Tfajliet U/14:

  1. Kristina Spiteri            The Cyclist                         600punt
  2. Justine De Giorgio        Mosta AF Sign Studio CC       350punt
  3. Bettina Falzon             Mosta AF Sign Studio CC       315punt

Kategorija Subien U/14:

  1. Matthew Galea Pirotta  Mosta AF Sign Studio CC       600punt
  2. Tristan Aquilina           Mosta AF Sign Studio CC       525punt
  3. Leon Aquilina              Mosta AF Sign Studio CC       410punt

Unuri tal-Klubbs

Club Overall Aggregate Cup: Mosta AF Sign Studio CC:  18,650 punt

Club Elite Aggregate Cup: Mosta AF Sign Studio CC:      3205 punt

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend