Aġġornata: €2,500 flus kontanti u 400 card tal-mobile misruqa minn hold up f’Santa Venera – One News

Notifiki

Aġġornata: €2,500 flus kontanti u 400 card tal-mobile misruqa minn hold up f’Santa Venera

Żewġt irġiel mgħamda u armati b’arma iebsa u tal-ħadid daħlu fil-ħanut tal-Convenience f’Santa Venera bil-ghan li jwettqu hold-up, fejn talbu lill-kaxxiera; tfajla ta’ 16-il sena minn Santa Venera u mara ta’ 30 sena mill-Ħamrun.

Il-każ ġara Ilbieraħ, għall-ħabta tad-21.30 u mmedjatament ssejħet il-Pulizija fi Triq l-Imsida.

ONE News hu nfurmat li waqt dan il-‘Hold Up’ insterqu madwar €2500 fi flus kontanti u 400 kard tat-Top Up tal-mobile.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jidher li l-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu l-flus u l-‘cards’.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend