Il-Fondazzjoni għal Manoel Island isserraħ ras kulħadd – One News

Notifiki

Il-Fondazzjoni għal Manoel Island isserraħ ras kulħadd

Fi stqarrija llejla l-Fondazzjoni għal Manoel Island sostniet li l-proġett propost, maqbul u approvat tal-MIDI f’Manoel Island mhux se jara bidliet dwar l-għoli tal-bini.

Fi stqarrija qasira iżda ċara, il-Fondazzjoni rreaġixxiet għal rapport f’The Times fejn intqal li jista’ jagħti l-każ li jiżdiedu s-sulari fil-binjiet proposti iżda l-Fondazzjoni serħet moħħ kulħadd u qalet li l-bini mhux se jkun għoli minn dak maqbul qabel, jiġifieri 4 sulari.

Spjegat li l-konsorzju tal-MIDI ressaq emendi biex binjiet proposti biex jinbnew f’żona jiċċaqalu għal żona oħra fuq is-sit stess.

Il-Fondazzjoni għal Manoel Island temmet tgħid li hija se tara li l-MIDI timxi mal-obbligazzjonijiet tagħha kif maqbul fil-masterplan imressaq għand l-Awtorità tal-Ippjanar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend