ARA: Żieda fil-każijiet ġodda b’infezzjonijiet ta’ HIV – One News

Notifiki

ARA: Żieda fil-każijiet ġodda b’infezzjonijiet ta’ HIV

Aktar minn 4,600  persuna rrikorrew il-GU Clinic  fl-ewwel 9 xhur tas-sena.  Minnhom, kien hemm aktar minn ħamsin individwu b’każijiet ġodda ta’ HIV.

Dan ġie żvelat mill-Konsulent Dr Valeska Padovese f’intervista ma’ ONE NEWS fejn semmiet kif disgħin fil-mija tal-persuni b’każijiet ġodda ta’ HIV huma rġiel u li wħud minnhom huma barranin.

Sabiex tiġi ndirizzata din il-problema, f’Diċembru tas-sena li għaddiet, il-Gvern beda joffri test mediku ieħor b’xejn lil persuni kollha ta’ kull sess li jixtiequ jkunu jafu jekk ġewx infettati bl-HIV.  Dan it-test magħruf aħjar bħala ‘Rapid Testing’ qiegħed isir ġol GU Clinic fl-Isptar Mater Dei, u jintraċċa l-mard tal-HIV sa minn ġimagħtejn qabel filwaqt li joffri r-riżultat f’temp ta’ 20 minuta.

Dr Padovese qalet li dan it-test li tista’ toqgħod fuqu.

“The test is based on a drop of blood- they come here- finger prick and within 20 minutes they had never done the test before they will get the result of the hiv test. It’s a reliable test the exact test that we do in the laboratory test.”

Il-konsulent qalet li minn kemm ilu li ddaħħal ir-Rapid Testing, kien hemm aktar minn 180 persuna li għamlu użu minnu- b’erbgħa minnhom instab li kellhom riżultat pożittiv għall-HIV.

Dr Padovese rrimarkat kif minkejja li ta’ kuljum persuni jagħmlu testijiet minħabba mard trasmess mis-sess, hija saħqet, li l-aktar xhur bieżla huma fit-tliet xhur tas-sajf.

“People come here for tourism, parties, a lot of our gay patients go abroad for parties they come here before they go and after they are back to get tested to be sure.”

It-tabiba semmiet kif il-GU Clinic qiegħed jagħmel kampanja fost irġiel omosesswali sabiex qabel ma jsiefru barra minn Malta jagħmlu użu mill-pinnola ‘Prep on Demand.’

Dan bil-għan li jiġi evitat it-tixrid ta’ infezzjonijiet tal-HIV. S’issa, f’Malta hawn 200 raġel li ilhom jieħdu din il-pinnola għal sentejn bħala mezz ta’ prevenzjoni. Minkejja li din il-mediċina ma tistax tinxtara minn Malta, il-GU Cinic qiegħed jagħmel ir-riċetti tat-tabib mingħajr ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend