ARA: L-akbar fiera tal-kotba li qatt ittellgħet – One News

Notifiki

ARA: L-akbar fiera tal-kotba li qatt ittellgħet

Ingħata bidu għall-akbar festival tal-kotba f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena  qed titqies bħala l-akbar fiera tal-ktieb li qatt saret sa’ issa. Dan hekk kif għall-ewwel darba l-bejjiegħa tal-kotba huma mifruxa fuq żewġ sulari.

F’dan il-festival ser ikun hemm iżjed minn erbgħin esebitur fost oħrajn bejjiegħa kummerċjali u kif ukoll esebituri bħal Arkivji Nazzjonali u l-Bank Ċentrali.

Iżda aktar dettalji tahom ic-‘Chairman’ tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb Mark Camilleri.

“Din is-sena l-ewwel darba li ftaħna sala ġdida għax il-konkorenza tiegħu dejjem qed tikber. Dan juri kemm il-festival kemm il-festival qed issir aktar popolari, din hi attivita’ Nazzjonali li tiċċelebra d-dinja tal-kotba u l-kultura tagħna”

Dan l-interess fil-ktieb xorta jibqa’ wieħed b’saħħtu minkejja li kulma jmur id-dinja qed iddur għat-teknoloġija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ qari fosthom permezz tal-‘Ebooks’.

Madankollu xorta waħda żdied is-self ta’ kotba mil-Libreriji b’20 fil-mija.

“In-nies jaqraw żdidu għax il-qari sar iżjed aċċessibli u l-kotba mitbugħin xorta baqgħu popolari ħafna. F’dan il-festival se jkun hawn ukoll il-‘Malta Libraries’ li għandhom servizz ġdid tal-Ebooks li sejjer tajjeb ħafna.”

Il-Fiera se tkun miftuħa għal pubbliku bejn l-Erbgħa filgħodu u l-Ħadd filgħaxija.  Apparti l-kotba ser ikun hemm xow minn Danusan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend