BIL-FILMAT: Malta fuq quddiem fl-isfida tal-immigrazzjoni – One News

BIL-FILMAT: Malta fuq quddiem fl-isfida tal-immigrazzjoni

“Malta m’għadiex waħedha”

Dan kien kliem il-Ministru Franċiża għall-affarijiet Ewropej Nathalie Loiseau dwar il-problema tal-immigrazzjoni fl-Ewropa.

Dan hekk kif waqt konsultazzjoni pubblika bl-isem “Għid Tiegħek dwar l-Ewropa” u li ndirizzat it-temi tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni, Loiseau spjegat kif Malta ilha tħabbatha mal-problema tal-immigrazzjoni mill-2002.

Żmien li fih il-kwistjoni tal-immigrazzjoni qas biss kienet tinsab fuq l-agenda politika Ewropea.

F’kumment ma’ One News, hija faħret id-deċiżjonijiet proattivi  u s-soluzzjonijiet mill-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-President Franċiż Emmanual Macron f’każijiet bħal dawk tal-MV LIFELINE u l-AQUARIUS.

We worked well together this Summer Malta and France to face these emergency situations like Lifeline and Aquarius because it was about human lives, human beings, it was a humanitarian crisis.

Tenniet li l-Ewropa issa tinsab fi dmir li ssib soluzzjoni permanenti għall-problema tal-immigrazzjoni, fejn fost oħrajn, issuġeriet li sabiex tittaffa din il-problema, l-Ewropa għandha bżonn tgħin lill-pajjiżi li minnhom qed jaħarbu dawn l-immigranti.

Working with countries of origin of economic migrants providing more assistance, jobs, investment in origin countries. Working with transit countries to fight agaisnt smugglers and human traffickers.

Din kienet laqgħa oħra li tagħmel parti minn numru ta’ konsultazzjonijiet mal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fuq proposta tal-President Franċiż Emmanuel Macron biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu aktar x’jaħsbu ċ-ċittadini Ewropej dwar x’tip ta’ Unjoni jridu.

Hekk kif attendiet il-fuq minn 50 konsultazzjoni ta’ dan it-tip, Loiseau tkellmet dwar il-problemi u l-kwistjonijiet li qed ileħħnu iċ-ċittadini Ewropej.

Digital transformation, terrorism, global warming. All these challenges don’t know about national borders. They have to be decided at the European level and if we want to decide and make choices for the citizens we have to do it with the citizens.

Preżenti għal din il-konsultazzjoni kien hemm il-Ministri Helena Dalli u Michael Farrugia.

Il-Ministru Farrugia żied jgħid li hemm bżonn soluzzjoni tanġibbli għas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni, filwaqt li saħaq li mill-2002 l-hawn Malta b’responsabbiltà ndirizzat din il-problema.

Intant il-Ministru Helena Dalli b’ottimiżmu qalet li r-responsabbiltà li ħa pajjiżna tul l-aħħar snin għen sabiex iqajjem diskussjoni Ewropeja li ser tħalli l-frott.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend