Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Peru tispiċċa l-ħabs sakemm tgħaddi ġuri fuq każ ta' korruzzjoni | One News

Notifiki

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Peru tispiċċa l-ħabs sakemm tgħaddi ġuri fuq każ ta’ korruzzjoni

Imħallef fil-Peru ordna li l-mexxej tal-oppożizzjoni Keiko Fujimori tqatta 3 snin fil-ħabs sakemm tgħaddi ġuri fuq korruzzjoni.

L-Imħallef Richard Concepcion qal li kien hemm riskju kbir li Fujimori taħrab mil-Peru.

Hija kienet akkużata li ħadet iktar minn miljun dollaru Amerikan f’tixħim mill-kumpanija kbira tal-kostruzzjoni Odebrecht fl-2011.

Hija ċaħdet li għamlet xi ħaġa ħażina u qalet li l-akkużi huma motivati politikament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend