Inawgurata l-itwal statwa fid-dinja – One News

Notifiki

Inawgurata l-itwal statwa fid-dinja

L-Indja inawgurat l-itwal statwa fid-dinja, li swiet $430 miljun  biex tinbena. L-istruttura tal-bronż hija twila 188 metru  u ġiet disinjata minn skultur Indjan, tinsab fl-istat ta’ Gujarat. Hija tfakkar il-memorja tal-mexxej indipendenti Sardar Vallabhbhai Patel.

Il-Prim Ministru Narendra Modi qal li l-“istatwa ta’ unità” se sservi ta’ attrazzjoni turistika.

L-istatwa fl-Indja qabżet it-tul tal-iSpring Temple Buddha fiċ-Ċina li kienet l-itwal struttura fid-dinja, u hija twila kważi d-doppju tal-iStatue of Liberty fi New York.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend