Illejla: Il-Halloween u l-istorja se jsiru ħaġa waħda fl-Esplora – One News

Notifiki

Illejla: Il-Halloween u l-istorja se jsiru ħaġa waħda fl-Esplora

Iċ-ċentru tax-xjenza interattiva Esplora se jmur għall-għeruq tiegħu u se jinbidel fi sptar mitluq u popolat biss mill-iskeltri u l-ispirti bħala parti mill-festa ta’ Halloween. 

 

Des Cini, wieħed mill-organizzaturi tal-attività qal li dis-sena marru lura għall-għeruq tal-post:

“Din is-sena għal Halloween xtaqna li l-viżitaturi tagħna nerġgħu nofrulhom esperjenza mmersiva kemm jista jkun u din is-sena morna lura għall-għeruq tal-post tagħna. Kif forsi l-viżitaturi jafu, Esplora bħala binja kienet sptar navali fi żmien l-Ingliżi u b’hekk xtaqna mmorru lura u rbattna kemm jista jkun mas-settur tal-mediċina”.

Is-Sur Cini spjega li b’kollox se jittellgħu madwar 12-il attività:

“Ġibna show partikolari mill-Ingilterra, minn Glasgow u dan ix-show ħa jkun qiegħed jgħina u jurna x’għadna nagħmlu f’każ ta’ attakk taz-zombies. Dan ix-show partikolari ħa jkun qed juri lill-udjenza jekk jiġri xi ħaġa, x’għandna nagħmlu? Jekk ikollna zombies kif għadna nipproteġu lilna nfusna?”

Ser ikun hemm ukoll attivitajiet oħrajn bħal kif isir 3D Make up u l-ispettaklu Wonders of the Night Sky fil-Planetarium fejn il-pubbliku jista’ jsegwi b’mod

“L-attivitajiet li qegħdin nagħmlu aħna huma attivitajiet li m’humiex tal-biża, forsi daqxejn differenti minn tas-soltu imma huma interessanti għax huma attivitajiet immersivi ħafna. Ovvjament dejjem aħna ħa nagħmluhom b’mod differenti biex kemm jekk huma tfal, kemm jekk huma adulti jew żgħażagħ hawnhekk ħa ssib xi ħaġa għal kulħadd”, spjega Cini.

L-attività se tittella’ llejla u tibda fis-18:00.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend