Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha | One News

Notifiki

Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot b’mod pożittiv lil kull familja b’mod partikolari lill-ħaddiema bil-paga minimia.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru Dalli qalet kif permezz tal-mekkaniżmu li ddaħħal is-sena li għaddiet inħolqot kummissjoni li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ għajxien tal-familji li jgħaddu b’paga minima. 

Fakkret li Gvern iġġieled il-prekarjat u waqqaf kumpaniji li kienu jħaddmu ħaddiema bi ftit ċenteżmi. Qalet li l-Gvern ħadem sabiex il-ħaddiema li jaħdmu ma’ kuntratturi mqabbda mill-Gvern, jitħalsu bl-istess rata li jitħallsu l-impjegati tal-Gvern:

“Dan huwa baġit li qed itejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u tal-ħaddiema, issa li tajna it-tieni ġurnata public holiday li taqa fil-weekend, li kienet wegħda elettorali, u se nkomplu nagħtu dawn il-ġranet li ttieħdu fi żmien ieħor”.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli ħabbret li b’vot unanimu, il-kabinett qabel li l-Gvern jiffinanzja l-ewwel EXIT programm għall-persuni li fil-passat kellhom storja marbuta mal-prostituzzjoni u li bħalissa qegħdin jiskontaw sentenza l-ħabs.

Hija qalet mis-sena d-dieħla ser jidlu fis-seħħ għadd ta’ riformi f’diversi oqsma:

“Riforma b’rabta mat-traffikar uman, kontra min jabbuża, fosthom anke fil-prostituzzjoni ukoll it-timbru li rridu nħallu lil uliedna, u qed nagħtu investiment b’saħħtu ħafna b’rabta mal-kannabis. It-tfal irriduhom jeċċellaw fi sports, arti u kultura, u għalhekk l-użu tad-droga li għandhom iżommu ħafna bogħod minnu”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend