2,123 persuna inqas bil-benefiċċju tal-qgħad | One News

Notifiki

2,123 persuna inqas bil-benefiċċju tal-qgħad

 

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Jannar u Settembru, il-persuni li jirċievu l-benefiċċju soċjali minħabba li ma jaħdmux naqsu b’aktar minn 2,000 mal-istess perjodu tal-2016. Iċ-ċifri juru li n-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċju tal-qgħad naqset b’aktar minn €4.5 miljun.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, in-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji soċjali laħqet kważi €726 miljun.

Miċ-ċifri joħroġ li l-biċċa l-kbira taż-żieda fin-nefqa marret għall-benefiċċji kontributorji fosthom il-pensjonijiet li waħidhom ikkontribwew għal żieda ta’ kważi €19 miljun.

L-NSO qal ukoll li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, il-persuni bil-pensjoni taż-żewġ terzi żdiedu b’aktar minn elfu u mitejn u issa hemm aktar minn 48,400 ruħ bil-pensjoni tal-irtitar.

Mill-banda l-oħra s-single parents naqsu b’aktar minn 500 meta mqabbel mal-2016 bil-nefqa tonqos b’aktar minn miljun u nofs ewro.

Iċ-ċifri juru li l-beneficji soċjali mhux kontribitorju bejn Jannar u Settembru laħqu ftit aktar minn 141 miljun ewro, €400,000 anqas mill-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Fuq il-lista tal-benefiċċji mhux kontributuri hemm kwazi 43,000 li jieħdu c-children’s allowance u ħadu bejniethom kważi €29 miljun u kważi 24,000 li għandhom l-għajnuna suplimentari minħabba li għandhom dħul baxx. Aktar minn 4,000 ruħ oħra jirċievu l-ħlas fl-iskema tal-in-work benefits.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend