Minkejja li żdiedet in-nefqa, xorta naqas id-dejn | One News

Notifiki

Minkejja li żdiedet in-nefqa, xorta naqas id-dejn

In-nefqa tal-gvern fl-aħħar snin żdiedet għax fost oħrajn żdiedu l-pagi wara l-iffirmar tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-gvern u anke għax kiber l-investiment tal-gvern fi proġetti kapitali. 

 

Minkejja ż-żieda fin-nefqa xorta waħda pajjiżna ma kompliex jiddejjen, anzi bil-kuntrarju rreġistra surplus. Dan għax fost oħrajn il-Gvern irnexxielu jżid id-dħul tiegħu mingħajr ma ntroduċa l-ebda taxxa ġdida anzi naqqas it-taxxi.

Il-Prim Ministru qal kif in-nefqa tal-gvern żdiedet fi proġetti kapitali  li fl-elfejn u tnax kienet biss ta’ tlett mija u seba miljun ewro. Qal li l-gvern ser ikun irduppjaha għal €673 miljun is-sena d-dieħla.

Qal kif ukoll irdupjat in-nefqa rikkorenti fuq is-saħħa u l-kura tal-anzjani, filwaqt li n-nefqa fuq l-edukazzjoni żdiedet 60%.

Spjega kif id-dħul tal-income tax is-sena d-dieħla se jkun aktar mid-doppju ta’ dak fl-2012, dan anke jekk it-taxxi naqsu għas-seba’ darba konsekuttiva.

Qal li l-Gvern irdopja d-dħul mid-dwana għax żdied ix-xogħol. Turija li s-suċċess ta’ dan il-Gvern mhux ġej għax f’pajjiżna hawn il-ħaddiema barranin iżda mill-għaqal tal-gvern.

Il-Prim Ministru qal kif għal darba tnejn l-opożizzjoni Nazzjonalista qalet li dan huwa baġit riċiklat, madankollu l-Prim Ministru għamel elenku sħiħ tal-miżuri li qed jibdlu l-ħajja tal-familji.

“Tafu x’irripetejna? Tnaqqis fl-income tax, żieda fil-minimun wage, żieda fil-pensjonijiet, żieda fil-benefiċċji għal persuni b’diżabilità, żieda fil-pensjonijiet, żieda fil-benefiċċji għal persuni b’diżabilità, żieda fl-istipendji, stipendji għal minn jirrepeti, kontijiet orħos, childcare b’xejn, flus biex fuq 7 snin nagħmlu toroq kollha, first time buyers, second time buyers, Masters u PhD bla taxxa, tablets għat-tfal, żieda fil-leave, budget bla taxxi dak li rrepetejna”
Madankollu l-Prim Ministru qal li żgur ma ġewx irriċiklati miżuri ta’ amministrazzjonijiet preċidenti.

“Tafu x’irmejna u ma rriċiklajniex, kontijiet għolja, taxxi għolja, bolla ogħka, VAT ogħla Deficit”

Dwar il-kumpens tal-għoli tal-ħajja, l-Prim Ministru qal li l-Gvern mexxa fuq il-mekkaniżmu tal-COLA li hemm qbil dwaru bejn l-imsieħba soċjali.

Qal li l-Oppożizzjon li titkellem ħafna dwar ir-rule of law trid twarrab il-mekkaniżmu tal-Coli li żamm paċi industrijali anke jekk imsieħba soċjali ma jaqblux.  Waqt li stiednu jħares lejn id-dokument li ħareġ huwa stess, innota kif l-inflazzjoni llum hija n-nofs dak li kienet taħt il-Gvern ta’ qabel waqt li elenka bosta eżempji ta’ kif il-Gvern rnexxielu jrażżan l-għoli tal-ħajja.

“Raħħasna prezz tal-uniformijiet tal-iskola, neħħejna l-ħlasijiet tal-eżamijiet, raħħsna l-kontijiet tad-dawl, raħħasna tariffi tal-ippjannar li kienu qatgħu qalb familji jagħmlu titjib fi djarhom, qed nagħtu b’xejn transport pubbliku lil ħafna, qed nagħtu trasport pubbliku b’xejn lil ħafna, raħħasna l-prezzijiet ta’ bosta mediċini li m’għadhomx out of stock li trid tmur txitrihom bilfors, raħħasna 230 tip ta’ mediċina sa 67%”.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal kif il-ħajja mis-sena ta’ qabel żdiedet bi 2.3%, kuntrarju għall-4% li kibret biha taħt Gvernijiet Nazzjonalisti u kien għalhekk li kienu ngħataw żidiet akbar għax il-ħajja kienet togħla aktar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend