Malta tibqa’ tiġbed investituri ewlenin fis-settur tal-Crypto-Currency- Forbes – One News

Notifiki

Malta tibqa’ tiġbed investituri ewlenin fis-settur tal-Crypto-Currency- Forbes

Fl-istess ħin li Adrian Delia qal fil-Parlament li Malta m’għadhiex attraenti għall-investituri barranin minħabba reputazzjoni ‘ħażina’, ir-rivista internazzjonali Forbes ħarġet tgħid li kumpaniji kbar li jispeċċjalizzaw fil-Crypto-Currencies, qed jinvestu f’pajjiżna bi ħġarhom. 

L-artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tar-rivista, miktub mill-kontributur Roger Aitken, fisser kif Malta kisbet ir-reputazzjoni tagħha bħal l-Gżira tal-Blockchain wara li kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li addottat regolarizzazzjonijiet għal dan is-settur. Tant, li gżiritna ġabet lejha tlieta mill-akbar kumpaniji tal-Crypto-Currency: Binance, OKEx, u  ZBX.

Fakkar ukoll kif f’Lulju li għadda, il-Parlament għadda framework regolatorju dwar il-Blockchain, id-DLT, il-Crypto-Currency, u l-assi diġitali. “Clearly, the politicians here have big aspirations”, jgħid l-artiklu, li nnota dan minkejja li gżiritna hija waħda mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja.

Aitken irrefera wkoll għas-suċċess li Malta kisbet bid-Delta Summit li ġiet organizzata fil-bidu ta’ dan ix-xahar, u li għaliha attendew aktar minn 4,000 investituri barrani. Huwa mistenni li l-Malta Blockchain Summit, li se ssir fil-jiem li ġejjin, se tattira aktar investituri minn hekk.

F’kummenti ma’ Forbes, Melanie Mohr, Kap Eżekuttiv u fundatur ta’ kumpanija dinjija tal-blockchain, qalet li għażlet lil Malta bħala l-bażi tagħha għaliex hija fil-quċċata tar-regolarizzazzjoni ta’ dan is-settur, u offriet l-aqwa appoġġ lill-kumpanija li tmexxi hi.

Investituri oħra li kkwota l-artiklu qalu li Malta wriet kemm-il darba li hija kapaċi ġġib riżultati sostenibbli lill-komunità globali, u li huma konvinti li fil-futur qarib, se żżomm il-pożizzjoni tagħha fuq il-mappa dinjija bħala il-Gżira tal-Blockchain.

Kollha kummenti li jġibu fix-xejn id-dagħdigħa negattiva ta’ Adrian Delia, li Gvern Laburista huwa “bla pjan” jew viżjoni, u li rnexxielu jkabbar l-ekonomija biss biċ-cheap labour.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend