Is-sajjied anzjan li tilef ħajtu traġikament kellu x-xewqa li jara n-neputija tiggradwa qabel jiltaqa’ mal-ħallieq – One News

Notifiki

Is-sajjied anzjan li tilef ħajtu traġikament kellu x-xewqa li jara n-neputija tiggradwa qabel jiltaqa’ mal-ħallieq

Li kien il-bambin itini ż-żmien narak tiggradwa, ħalli żgur bil-ferħ ittellgħani s-sema. Dan hu kliem li Rokku Bonnici, l-anzjan li sfortunatament miet wara li nbela’ minn mewġa waqt li kien qed jistad, lissen kemm-il darba lin-neputija tiegħu Katrina. Iżda propju fil-jum li Katrina rċeviet l-invit għaċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni, sfortunatament kellha tintemm ħesrem ħajtu.

Fuq Facebook Katrina qalet kif il-baħar u s-sajd kien l-ikbar hena ta’ nannuha u dwar kif kellhu jiltaqa’ mal-Ħallieq jagħmel l-iktar ħaġa li kien iħobb, u kif hu ffaċċja d-destin li minnu salva lill-ħaddieħor tant li kien rċieva Ġieħ iż-Żurrieq.

Semmiet ukoll kif il-memorji sbieħ li għandha ta’ nannuha ħdejn il-baħar, fil-kampanja u anka f’xi safra. Hija rringrazzjat lill nannuha talli rawwem fiha valuri li tgħożż il-familja, tal-imħabba u l-paċenzja.

Katrina temmet billi talbet lill nannuha iżomm idejh fuq il-familja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend