5,200 truppi Amerikan ordnati jgħassu l-fruntieri Messikani – One News

Notifiki

5,200 truppi Amerikan ordnati jgħassu l-fruntieri Messikani

Il-Pentagon fl-Istati Uniti ordnat li aktar minn 5,200 suldati jħassu l-fruntiera tal-Messiku, hekk kif eluf ta’ immigranti miċ-ċentru tal-Amerika qed jaqsmu lejn l-Amerika ta’ Fuq mill-Messiku. Jidher li għalissa, l-operazzjoni li qed tissejjaħ Faithful Patriot, se tiffoka fuq l-istati ta’ Texas, Arizona, u Kalifornja. 

Il-President Amerikan Donald Trump qal li din l-invażjoni ta’ immigranti rregolari se ssib l-Armata Amerikana tistennihom. Sa issa diġà hemm 2,100 suldant jgħassu l-fruntieri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend