Wirja ġdida se titfa’ dawl fuq l-istorja Medjevali ta’ pajjiżna – One News

Notifiki

Wirja ġdida se titfa’ dawl fuq l-istorja Medjevali ta’ pajjiżna

Wirja ġdida fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija hija maħsuba li  titfa’ dawl fuq l-istorja Medjevali ta’ pajjiżna.

Din il-wirja hija l-ewwel minn sensiela li se tkompli titfa’ aktar dawl fuq din l-epoka interessanti u li dwarha hawn nuqqas ta’ dokumetazzjoni.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici fisser kif huma ħafna li jistaqsu dwar x’jiġri minn dak li jinstab waqt li jsiru xogħlijiet ta’ skavar f’siti arkeoloġiċi u tenna kif bis-saħħa tagħhhom qegħdin ninvestu fit-tessut tal-wirt kulturali lokali.B’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-Università ta’ Malta, din il-wirja tippreżenta ftit mir-riżultati li nkisbu minn żewġ skavi arkeoloġiċi li saru fl-Imdina fl-elfejn u tmienja u f’Ħal Safi fl-elfejn u ħmistax.

Dawn iż-żewġ skavi pprovdew informazzjoni arkeoloġika prezzjuża dwar iż-żmien ta’ bidla storika drammatika li ra t-tmiem tal-ħakma Biżantina u l-wasla tal-Għarab f’pajjiżna.

Bis-saħħa ta’ aktar investigazzjonijiet, riċerka u analiżi, kien possibbli wkoll li jiġu esibiti għall-ewwel darba tipoloġiji taċ-ċeramika tas-sekli disgħa u għaxra.

Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku sal-31 ta’ Jannar 2019, bid-dħul għall-pubbliku huwa bla ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend