L-FSWS twieġeb lil Peppi Azzopardi: “ma approvajniex l-intervista ta’ Liam Debono” – One News

Notifiki

L-FSWS twieġeb lil Peppi Azzopardi: “ma approvajniex l-intervista ta’ Liam Debono”

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-FSWS, qalet li l-Aġenzija Appoġġ ma approvatx li tixxandar l-intervista ma’ Liam Debono fuq Xarabank, li kienet se tidher fil-programm ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda.

F’messaġġ fuq il-paġna soċjali tagħha, l-FSWS qalet li Peppi Azzopardi kien infurmat li seta’ jsir rikors mill-Qorti biex titwaqqaf l-intervista ta’ Liam Debono, bħal ma ġara f’każijiet oħra. Azzopardi ngħata dan il-parir minn Direttur mill-Aġenzija Appoġġ li mexxiet il-media assesment ta’ Liam Debono.

Dan it-tip ta’ assessjar huwa regolamenti tal-Awtorità tax-Xandir kull meta persuna taħt it-18-il sena tkunu se tidher b’xi mod fuq il-mezzi tax-xandir. L-għan huwa li jkun assigurat il-kunsens tal-ġenituri biex uliedhom jipparteċipaw f’dawn il-programmi.

L-FSWS kienet ċara li l-media assessments fl-ebda ħin ma jidħlu fil-mertu ta’ proċeduri fil-Qorti dwar xi programm li fih se jkun se jieħu sehem persuna taħt it-18-il sena.

“Huwa żleali li Peppi Azzopardi nqeda bil-media assesment li huwa obbligat li jagħmel bir-regoli tal-Awtorità tax-Xandir biex  jipprova jagħti l-impressjoni li l-Aġenzija Appoġġ, b’xi mod, approvat dak li ma approvatx il-Qorti”, temmet tgħid l-FSWS.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend