Filmat: Qed jinbnew tliet kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Tal-Balal u Taċ-Ċawsli – One News

Notifiki

Filmat: Qed jinbnew tliet kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Tal-Balal u Taċ-Ċawsli

Fi Triq tal-Balal f’San Ġwann u fi Triq Bormla ż-Żejtun qegħdin jinbnew mat-tliet kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-ġnub tat-toroq. Il-ħitan huma magħmula minn ġebel li qed jinqala’ mal-ħamrija minn fuq is-sit tal-proġett. 

Noel Gauci, il-perit responsabbli mill-proġett semma kif din it-triq arterjali fin-Nofsinhar tal-pajjiż qed issir  b’investiment ta’ €4 miljun u se jgawdu minnu mhux biss is-sewwieqa iżda wkoll aktar minn 50 bidwi fl-inħawi:

“Qed nipprovaw nutulizzaw il-ġebel li nkunu qlajna mis-siti fejn ikun hemm il-ħamrija, qed nagħrblu bil-makkinarji neċessarji u nieħdu l-ġebel minnhom, u nużawhom għall-ħajt tas-sejjieħ, u fejn ikun hemm il-ħamrija nagħrbluha nergghu nagħtuha l-bdiewa biex jużawha fl-uċuh tar-raba’ tagħhom”.

Il-Perit Gauci qal li qabel ma beda x-xogħol, kien hemm bosta partijiet mit-triq li kienu mkissra u li x-xogħlijiet ser iwaslu għal aktar sigurtà kemm għall-bdiewa u s-sewwieqa:

“F’din il parti tat-triq kien hawn partijiet imkissrin, kien hawn gates u daħliet għall-għelieqi imqassmin qishom bla użu, u fil-parti t’hawnhekk, il-ħajt tas-sejjieħ daħħalnihom sabiex it-triq tkun aktar unita u kemm jista’ jkun inżommu mal-ambjent. Fuq naħa minnhom għandna ħitan tas-sejjieħ eżistenti, u fuq in-naħa l-oħra nżommu l-istess ambjent biex il-bdiewa jkollhom affarijiet sikuri fuq in-naħa tat-triq”.

Apparti l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, it-triq se tikkonsisti f’żewġ karreġġjati filwaqt li ser ikun hemm żona pedonali u żewġ korsiji fiż-żewġ direzzjonijiet iddedikati għaċ-ċiklisti.

Sadanittant, Infrastruttura Malta qed tadotta miżuri biex jiġu salvati s-siġar taċ-ċawsli li kienu ntlaqtu mill-mard tas-susa waqt li se jitħawlu 28 siġra la darba jitlesta l-proġett sa nofs is-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend