L-armonija bejn il-kulturi eżistenti diskussa minn “MPs” ċkejknin fil-Parlament – One News

Notifiki

L-armonija bejn il-kulturi eżistenti diskussa minn “MPs” ċkejknin fil-Parlament

Il-ħeġġa tat-tfal li jtennu favur l-armonija bejn il-kulturi eżistenti ingħatat widen f’diskussjoni mhux tas-soltu bejn membri parlamentari u t-tfal. L-appell tagħhom kien favur il-ħajja umana u kultura Ewropea li twaħħad lill-popli Ewropej ma’ minoranzi etniċi. 

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia stqarr li t-tfal għandhom impenn li jgħarfu l-kontribut siewi ta’ dawn il-minoranzi li qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Ewropa.

Il-laqgħa bl-isem ta’ ‘Oħloq Kultura’, saret sabiex il-ġenerazzjoni futura tifhem it-tibdil kontinwu li għaddej fis-soċjetà Maltija u fuq skala iktar, dik Ewropea biex flimkien inkunu nistgħu nibnu futur li jirrispetta obbligi legali u morali.

Finalment, Farrugia saħaq fuq il-ħtieġa li s-soċjetà tkun multi-etnika u tagħraf il-bżonnijiet taż-żgħir fis-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend