Jekk ma jsirx il-proġett tas-Central Link, it-tniġġis jiżded b’300% – One News

Notifiki

Jekk ma jsirx il-proġett tas-Central Link, it-tniġġis jiżded b’300%

F’risposta għad-domanda parlamentari mid-deputat Nazzjonalista David Agius, il-Ministru tat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg, iddikjara li mingħajr is-Central Link Project it-tniġġis fis-snin li ġej jittripla b’żieda ta’ 300%. Dan fl-istess waqt li l-ħin tal-ivjaġġar jiżdied b’250%. 

Huma l-ostakli fir-rotta arterjali li tintuża minn madwar 30,000 karozza kuljum li tikkawża dan kollu.

Dan minbarra li r-residenti tal-inħawi ta’ kuljum qed jitgħabbew bi pjaga infrastrutturali bir-riskju t’aċċidenti, tniġġis t’arja u storbju li jkomplu jkibru ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

Is-Central Link project għandu jġib miegħu titjib ta’ 13%  fil-kwalità tal-arja filwaqt li l-emissjonijiet tal-gass li jikkawżaw tibdil astronomiku fil-klima magħruf għandu jonqos bit-tunnellata fis-siegħa.

Il-proġett se jinkludi wkoll 10km ta’ bankini, ftit aktar minn 7.5km ta’ korsiji dedikati għal dawk li jsuqu r-rota u aktar minn 19,000mta’ żoni bis-siġar u l-pjanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend