BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City

Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.

Sa issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies abbord il-helikopter iżda ħafna qed jibżgħu li s-sid biljunarju tal-klabb seta’ kien fuqhu hekk kif ftit tal-minuti qabel huwa kien preżenti għall-partita u deher viċin il-helikopter tiegħu li niżel fil-pitch ftit wara tmiem il-logħba.

Xhieda fuq il-post tal-inċident qalu li ftit qabel waqa’, instema ħoss qawwi li x’aktarx ġie mill-iskrun ta’ wara. Wara li nstema dan il-ħoss il-helikopter deher idur b’veloċita kbira sakemm eventwalment kraxxja f’ballun tan-nar ftit metri l-bogħod mill-partitarji.

 

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend