Aktar minn 100 NGO ibbenefikaw minn 624 donazzjoni mill-programm tal-IIP – One News

Notifiki

Aktar minn 100 NGO ibbenefikaw minn 624 donazzjoni mill-programm tal-IIP

Aktar minn 100 għaqda mhux governattiva f’Malta ibbenefikaw minn 624 donazzjoni minn individwi li bbenefikaw mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment. Dan l-ammont huwa apparti benefiċċji oħra li diversi għaqdiet mhux governattivi f’pajjiżna jingħataw mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, magħmul flus li jidħlu mill-fond taċ-ċittadinanza b’investiment għall-iżvilupp ta’ pajjiżna. 

 

F’artiklu li deher fil-gazzetta MaltaToday, b’kollox ingħataw tlieta punt disgħa miljun ewro f’donazzjonijiet, skont informazzjoni mgħotija mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza.

Sal-aħħar tal-elfejn u sittax, ingħataw mitejn u ħmistax-il donazzjoni lill-organizzazzjonijiet filantropiċi li ammontaw għal €1,703,700. Puttinu Cares ibbenefika l-aktar, hekk kif irċieva aktar minn miljun ewro minn 160 donazzjonijiet individwali.

Puttinu huwa segwit mill-Malta Community Chest Fund li ngħata disgħa mija u erbatax-il elf ewro minn mija u tlieta u għoxrin donazzjoni.

Il-fondi mogħtija ntużaw għar-restrawr ta’ diversi siti storiċi bħas-Sala l-Kbira tal-Berġa ta’ Provenza, ix-xiri ta’ tnax-il qanpiena għall-Mużew Marittimu, u xogħlijiet f’Għar Dalam.

ORGANIZZAZZJONI NUMRU TA’ DONAZZJONIJIET AMMONT TOTALI MID-DONAZZJONIJIET
PUTTINU CARES 160 €1,018,800
MALTA COMMUNITY CHEST FUND 123 €914,175
HERITAGE MALTA 32 €300,000
CLARIS FOUNDATION 26 €188,000
DAR TAL-PROVIDENZA 28 €138,800
INSPIRE 29 €127,900
ROTARY CLUB 4 €112,480
FAKULTA TAL-MATEMATIKA UM 1 €100,000
FONDAZZJONI KENN GĦAL SAĦĦTEK 2 €50,000
HOSPICE MALTA 12 €49,500

Ibbenefikaw ukoll għaqdiet sportivi u anke dawk reliġjużi, kulturali u oħrajn li jieħdu ħsieb il-patrimonju.

Kelliem għas-Segretarjat Parlamentari qal lill-MaltaToday li d-donazzjonijiet li jingħataw huwa fid-diskrezzjoni tal-applikanti. Il-fond tal-IIP jiġi nfurmat biss b’dawn id-donazzjonijiet għal raġunijiet t’informazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend