L-aqwa atleti mondjali tat-Triathlon fil-Kottonera – One News

Notifiki

L-aqwa atleti mondjali tat-Triathlon fil-Kottonera

L-aqwa atleti mondjali fosthom rebbieħa ta’ midalji d-deheb, tal-fidda u bronż jinsabu f’pajjiżna.

Dan għas-Super League Triathlon li qed titella’ f’pajjiżna fi tmiem din il-ġimgħa fil-Kottonera.

Dawn l-atleti qed jikkompettu fil-ġiri, fl-għawm u fiċ-ċikliżmu għar-raba’ darba din is-sena, hekk kif diġa kkompetew fi tlett pajjiżi differenti u issa jmis il-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Tkellimna ma’ Xandru Grech wieħed mill-organizzaturi Maltin ta’ din il-kompetizzjoni.Grech qal li “World Champion Ships, Commonwealth, l-aħjar atleti tad-dinja qed jikkompetu hawnhekk Bormla Birgu. Għamlu l-qualifiers Poland u l-Kanada, marru Jersey, Malta se jmorru Mayorka d-dieħla imbagħad jagħlqu b’Singapore”

Ir-rebbieħ Richard Marney mill-Polonja tkellem magħna dwar l-esperjenza tiegħu f’pajjiżna.

 

Darren Hailes wieħed mill-organizzaturi barranin jgħid x’wasal sabiex din qed tiġi organizzata f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend