Titnieda l-15-il edizzjoni tal-Piggy Bank | One News

Notifiki

Titnieda l-15-il edizzjoni tal-Piggy Bank

Fil-Palazz San Anton, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca nediet il-15-il edizzjoni tal-BOV Piggy Bank. Mijiet ta’ piggy banks diġa tqassmu fl-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex.

Il-President ta’ Malta appellat biex inkomplu nsostnu l-valur tas-solidarjeta fost it-tfal biex kollha kemm aħna nkunu ta’ spalla ma’ kull min jiġi bżonn.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta Mario Mallia ddeskrieva l-kampanja bħala eżempju perfett ta’ kif il-ħafna jingħaqdu biex jgħinu il-ftit. Kif saret l-użanza, Edgar Preca se jkun qed idur numru ta’ skejjel f’Malta u Għawdex biex jippromwovi s-solidarjeta, u l-valur miżjud ipprovdut lill-komunita Maltija mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend