“L-uniku żbilanċ sar fil-konfront tal-Prim Ministru”- il-PL – One News

Notifiki

“L-uniku żbilanċ sar fil-konfront tal-Prim Ministru”- il-PL

Fil-Qorti llum il-Prim Ministru tela’ jixhed u jwieġeb mistoqsijiet dwar każ li llum nafu bil-provi li kien gibda.

Il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant huma ċari u inekwivoċi. Din hi gidba bbażżata fuq dokumenti foloz u firem li ma jeżistux. Gidba li mhux biss waslet għal riperkussjonijiet fuq il-familja tal-Prim Ministru, iżda anke fuq il-pajjiż.

Il-Partit Laburista fakkar kif u minħabba dan kollu li l-Prim Ministru, illum spiċċa biex ta x-xhieda tiegħu f’kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni li mingħajr mistħija qed jilmenta minn żbilanċ politiku.

L-uniku żbilanċ vera sar fil-konfront tal-Prim Ministru u l-familja tiegħu permezz ta’ din il-ħadma li nkixfet.  Wieħed jittama li din il-kawża ma twassalx biex ma ssirx ġustizzja ma min sofra għax il-każ ikun ippreġudikat u allura tagħti ċ-ċans li  biex min kien responsabbli, ma jieħux dak li ħaqqu.

Wieħed jittama li l-Kap tal-Oppożizzjoni flimkien ma’ dawk li għal bidu ddeċieda li għandu jneħħi wara li l-ħarġu l-konklużjonijiet ma jużawx din l-okkażjoni sabiex tkompli ssir ħsara u biex konxjament jitneħħa l-unika komfort li fadal wara kampanja ta’ gideb: li ssir ġustizzja vera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend