L-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon il-baġit għall-2019 – One News

Notifiki

L-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon il-baġit għall-2019

Il-Forum Żgħażagħ LaburistI laqa’ b’mod pożittiv il-miżuri mħabbara fil-baġit 2019, li minnhom se jgawdu diversi familji Maltin u Għawdxin. B’mod partikolari, l-FŻL faħħar l-attenzjoni li ngħatat lill-istudenti u ż-żgħażagħ li jidhru b’mod prominenti fil-baġit ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, l-FŻL innota kif l-edukazzjoni, l-għodda li permezz tagħha l-ġenerazzjoni t’għada tkun tista’ tutilizza bl-aħjarmod l-opportunitijietli qed jinħolqu, għal darb’oħra kienet fiċ-ċentru. L-għaqda faħħret lill-Gvern li żamm mal-wegħda tiegħu li jkomplijżid l-istipendji sena wara oħra. Dan flimkien mat-tneħħija tal-eżamijiet ta’ nofs is-sena, fejn minflok, se jiġi introdott l-assessjar kontinwu. L-eżamijiet tal-MATSEC bla ħlas għall-istudenti hija manifestazzjoni ta’edukazzjoni verament għal kulħadd, żied jgħid l-FŻL.

Bħala fergħa taż-żgħażagħ, l-għaqda laqgħet ukoll l-aħbar li ser ikun hemm tnaqqis fit-taxxa fuq e-books u strumenti mużikali, hekk kif dan se jgħin kemm lill-ġenituri jipprovdu aktar materjal lit-tfal, kif ukoll jinkoraġixxu aktar żgħażagħ jimirħu fid-dinja mużikali u jżidu l-għarfien u l-kapaċitajiet tagħhom.

Iżda l-aktar miżuri kruċjali li ssemmew f’dan il-baġit jitrattraw it-titjib fl-ambjent. Il-Gvern, b’diversi inċentivi u skemi, qed juri li jrid jaħdem iktar f’dan ir-rigward mhux biss bi kliem imma anke b’azzjonijiet u miri tanġibbli. B’dan il-mod, kull żagħżugħ u żagħżugħa għandhom jimxu fuq dan l-eżempju u jagħmlu l-parti tagħhom.

Kienet innutata wkoll ir-riforma radikali fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart, l-introduzzjoni tal-iskema ta’ rifużjoni għal fliexken tal-plastik u l-estenzjoni ta’ rifużjoni ta’ taxxi fuq ir-roti u l-pedelecs.

Barra minn hekk, l-estensjoni u tkabbir ta’ trasport b’xejn għal żgħażagħ ta’ 14 u 15-il sena flimkien ma’ studenti ħa tkompli taħdem favur bidla fil-kultura li aħna daqstant għatxana għaliha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mobbiltà.

Qasam ieħor li għandu bżonn bidla urġenti fil-kultura hija l-attitudni lejn l-istigma li hemm madwar is-saħħa mentali u l-pazjenti tagħha. Infatti, l-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrateġija tal-Gvern 2020-2030 li se tindirizza numru ta’ limitazzjonijiet li hemm f’dan ir-rigward, kif ukoll il-prijorità  lill-infrastuttura li se ssaħħaħ dawn is-servizzi.

Fuq kollox, l-FŻL ifaħħar lill-Gvern li qed ikompli miexi ‘l quddiem bi strateġija maħsuba biex tkompli tkabbar l-ekonomija billi jattira u jimraħ f’niċeċ ekonomiċi ġodda, isaħħaħ u jieħu ħsieb il-welfare state, filwaqt li jnaqqas il-piż tad-dejn minn fuq ġenerazzjonijiet futuri.

“Hija din il-viżjoni li tagħti lilna ż-żgħażagħ l-ispazju meħtieġ biex inkompli nilħqu l-ambizzjonijiet tagħnau nilħqu l-potenzjal kollu tagħna fis-snin li ġejjin”, temm jgħid il-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend