“Jien hawn se nibqa’”- Theresa May – One News

Notifiki

“Jien hawn se nibqa'”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May “se tibqa’ hawn” minkejja l-baraxx ta’ kritika li qalgħet ilbieraħ f’Westminster mill-Membri Parlamentari Konservattivi. May indirizzat il-Parlament Ingliż bit-tama li tgħaqqad lit-tim tagħha biex turi li qed tmexxi partit magħqud fid-dawl tan-negozjati Brexit. 

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm l-għajdut li May se titlef il-maġġoranza, u jkollha ssejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija minħabba l-mod kif qed tmexxi d-diskussjonijiet dwar Brexit ma’ Brussell.

Dan huwa bla dubju perjodu kruċjali fit-tmexxija ta’ May hekk kif qed tiġġieled kontinwament biex iżżomm il-partit tagħha stess magħqud warajha, u tassigura ftehim xieraq għal Brexit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend