“Willa” tħalli ħerba fil-Messiku – One News

Notifiki

“Willa” tħalli ħerba fil-Messiku

L-Urugan Willa, li qed ikun deskritt bħala wieħed fatali u katastrofiku mill-bassara tat-temp, ħalla ħerba fil-Messiku. 

Jidher li l-Urugan, li huwa ta’ kategorija 3, ilaħħaq il-195km fis-siegħa, u mistenni jikkawża aktar ħsarat f’diversi binjiet, fosthom djar privati. Residenti qed ikunu mwissija jibqgħu fi djarhom.

Qed jingħad ukoll li l-Urugan Willa huwa tal-istess qawwa tal-Urugan Michael li ħasad lil xi partijiet tal-Istati Uniti aktar kmieni dan ix-xahar, u ħalla 27 persuna mejta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend