Ser tittella’ s-sitt edizzjoni ta’ ‘The Three Palaces Festival’ – One News

Notifiki

Ser tittella’ s-sitt edizzjoni ta’ ‘The Three Palaces Festival’

Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Peter Manning, Festivals Malta se jkun qed ittella’ s-sitt edizzjoni tat-Three Palaces Festival, festival li għal dawn l-aħħar snin kiber u laħaq udjenza ġdida.

Il-kontribuzzjoni żagħżugħa f’dan il-festival tinkludi lil Charlene Farrugia, waħda mill-aqwa pjanisti f’Malta li hija rinomata madwar id-dinja u li se tkun waħda mis-solisti f’din l-edizzjoni tal-festival.

Ian Ellul, vjolinist fil-Malta Youth Orchestra u Michaela Agius, sopran, huma żewġ artisti emerġenti li wkoll se jkunu qed itellgħu kunċert b’xogħlijiet mill-iżjed magħrufin u oħrajn ftit inqas magħrufin.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija se jkun qed jospita lis-sopran Maltija Claire Debono, gradwata mill-Guildhall School of Music and Drama, li se tkun akkumpanjata mill-pjanist Gary Matthewman, filwaqt li ‘O Duo’ se jtellgħu kunċert ferrieħi u b’karattru żagħżugħ bid-daqq tagħhom fuq il-marimba u strumenti oħra tal-perkussjoni li ilhom idoqqu għal dawn l-aħħar 20 sena. Is-sopran Claire Ghigo akkumpanjat mill-pjanista Maria Elena Farrugia se tipprezenta xogħolijiet ta’ Isouard u Rossini.

L-istess mużew se jkun qed jospita wkoll lill-Stockholm Philharmonic Wind Quintet kif ukoll il-grupp Phantasm, grupp li rebaħ diversi unuri permezz tax-xogħol fuq il-‘viol’. Se jieħdu sehem ukoll Les Musiciens de Louvre li skont il-gazzetta ‘The Guardian’ jiffurmaw waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja, filwaqt li Dominic Galea, mużiċist veteran tant magħruf f’pajjiżna, se jkun qed itella’ kunċert flimkien mal-‘jazz trio’ tiegħu. Ma dan it “trio” tingħaqad ukoll il kantanta Olivia Lewis .

Grupp ieħor ta’ fama internazzjonali hu Koncz String Trio li jappartjenu għall- Vienna u Berlin Philharmonic Orchestras, Koncz String Trio, se jagħtu rappreżentazzjoni għanja u profonda f’ta’ dak li jiġi hu assoċjat mal-istorja u t-tradizzjoni tal-mużika klassika fl-Ewropa u b’hekk, dan se ijkompliu jżidu mal-kalibru ta’ dan il-festival u l-istorja tiegħu.

Il-festival tat-Three Palaces huwa l-festival ewlieni tal-Ħarifa  organizzat minn Festivals Malta u se jkun qed jiġi mtella’jittella’ bejn it-2 u l-11 ta’ Novembru.

Għal iżjed informazzjoni u biex tixtri l-biljetti, żur is-sit uffiċjali tal-festival – http://www.3palacesfestival.com

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend