Missier jitlob lill-Qorti biex tordnalu jħallas manteniment lil ibnu | One News

Notifiki

Missier jitlob lill-Qorti biex tordnalu jħallas manteniment lil ibnu

Missier talab lill-Qorti tal-Familja biex toħroġ ordni ta’ manteniment fuqu nnifsu biex imantni lil ibnu ta’ sentejn, li jgħix m’ommu barra minn Malta. 

Jidher li f’Jannar tal-2017, omm it-tifel, li hija Marokkina u Franċiża, ħarbet minn Malta lejn il-Marokk ma’ binha, li dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar. Il-Missier baqa’ jippersisti biex jara lil ibnu, iżda meta kien imur il-Marokk ma kienx jitħalla jara lit-tifel għal ħin twil, u ma jitħalliex fil-privatezza.

Il-Missier, li huwa Malti, qal fil-Qorti tal-Familja li kien saħansitra ġie aggredit minn omm it-tifel, li eventwalment spiċċat għand il-Pulizija u rrifjutat li t-tila’ l-Qorti tal-Marokk biex taffaċċja akkużi li ħebbet għal missier binha. Il-Missier qal ukoll li għandu suspett li omm ibnu tbati minn xi problemi psikoloġiċi.

Jidher ukoll li minbarra li dejjem ħallas għal dak li kien ikollu bżonn ibnu sakemm dam Malta, il-Missier kien iħallas €300 kull xahar bħala manteniment. Hawnhekk, il-Qorti nnutat li hija xi ħaġa mhux tas-soltu li ġenitur jitlob ordni ta’ manteniment fuqu nnifsu fil-Qorti, u għalhekk, huwa ċar li r-raġel irid ikun missier tajjeb.

Għalhekk, il-Qorti ħarġet ordni ta’ manteniment, u li r-raġel ikollu telefonata kuljum ma’ ibnu u żjarat regolari miegħu.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend