L-Oppożizzjoni trid iżżarma dak li l-Gvern irid jagħmel fil-ġbir tal-iskart – One News

Notifiki

L-Oppożizzjoni trid iżżarma dak li l-Gvern irid jagħmel fil-ġbir tal-iskart

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera akkuża lill-Oppożizzjoni li għandha “ħsieb wieħed u ċar” li żżarma dak li l-gvern qed jibni fil-ġbir tal-iskart mingħajr ma toffri idea waħda konkreta jew tieħu sehem fid-deċizjonijiet.

Il-Ministru Herrera kien qed jitkellem waqt id-dibattitu dwar mozzjoni li ressqu Jason Azzopardi u Robert Cutajar biex jirreviokaw l-avviż legali dwar il-ġbir tal-iskart. Fost kollox huma qalu li l-Avviż Legali huwa mifni b’nuqqasijiet frott it-traskuraġni u l-inkompetenza u n-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali min-naħa tal-Ministru għall-Ambjent.

Evidentament urtat u mweġġa’, il-Ministru qal li mhux minnu li ma kkonsultax mal-kunsilli għax l-iskeda tal-ġbir li ħarġet f’Settembru kienet dik attwali f’kull kunsill lokali. “L-iskedi ġew moghtija lilna mill-kunsilli lokali stess! Dawk li kellhom l-iskart organiku għax kienu parti mill-proġett pilota li beda fl-2015, kienu diġa’ inklużi fl-iskeda ppreżentata f’Settembru. L-oħra kienu għadhom jiġbru biss skart imħallat u skart riċekklabbli.

Il-Ministru ħabbar li l-iskedi l-ġodda, li jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru, ġew magħluqa u maqbula mal-kunsilli lokali kollha biex hekk il-ġbir tal-iskart organiku jkun wieħed nazzjonali.

Il-Ministru Herrera qal li saret kampanja intensiva fuq il-mezzi tax-xandir biex jedukaw liċ-ċittadini fuq kif, meta u xi jridu jitfgħi fil-borża l-bajda. Il-gvern ħareġ tender għal 170 elf kontenitur. Kien hemm min ma kienx id-dar meta jżmarru jqassmuhulu. Jekk hemm problemi, dal-kontenituri jistgħu jinġabru mill-‘bring-in sites’.

Anke mingħajr kontenitur, iċ-ċittadini jistgħu jisseparaw l-iskart billi jpoġġuh f’borza bajda jew trasparenti. Il-kontenitur ma jinħariġx barra t-riq iżda l-borża biss.

Nies mill-ministeru se jkunu jduru l-lokalitajiet biex fejn jaraw min ikun qed jiżbalja, jgħaddulu l-informazzjoni direttament. Mhux minnu li se jitwaħħlu multi mill-ewwel iżda se jsir proċess ta’ edukazzjoni.

Il-Ministru Herrera tenna li permezz ta’ din il-mozzjoni, l-Oppożizzjoni qed tieħu attitudni pwerili fejn qed turi kemm għandha faqar ta’ ideat u nuqqas ta’ politika ċara dwar l-ambjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend