Kantant imut wara li waqa' minn ajruplan waqt il-ġbid ta' vidjo mużikali | One News

Notifiki

Kantant imut wara li waqa’ minn ajruplan waqt il-ġbid ta’ vidjo mużikali

Il-kantant Jon James McMurray miet wara li waqa’ min ajruplan waqt li kien qed jiġbed l-aħħar vidjo mużikali tiegħu.

Rapporti fil-midja qalu li l-Kanadiż ta’ 34 sena kien ilu xhur jitħarreġ għal stunt li kienet tinvolvi l-kant waqt li jkun miexi fuq barra ta’ ajruplan. 

Jidher li l-ajruplan li fuqu kien qed isir il-ġbid tilef il-kontroll, u l-kantant ma laħaqx uża l-parachute. Il-katavru tiegħu instab ftit tal-ħin wara f’għalqa ftit ‘il barra minn Vernon fil-Kanada.

Fi stqarrija, kelliema għall-kantant qalu li dan żamm għal ħin twil mal-ġenb tal-ajruplan, iżda wara ftit, ma felaħx iżomm aktar. Huwa miet mal-ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend