Is-soċjetà ċivili Għawdxija tħejji dikjarazzjoni favur l-inklussività f'Għawdex | One News

Notifiki

Is-soċjetà ċivili Għawdxija tħejji dikjarazzjoni favur l-inklussività f’Għawdex

Għaqdiet mhux governattivi f’Għawdex qegħdin jaħdmu fuq Dikjarazzjoni favur l-Inklussività għall-gruppi li jirrappreżentaw fil-gżira Għawdxija.

Rappreżentanti tal-Fondazzjoni OASI, Dar ARKA, LGBTI+ GOZO, Mental Health Association Gozo u l-‘Gozo Association for the deaf’ iltaqgħu fil-Fondazzjoni ARKA f’Għajnsielem, Għawdex biex jiffinalizzaw Dikjarazzjoni bil-miri speċifiċi tagħhom fil-qasam tal-inklussività.

Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant u tal-S&D, il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

L-għaqdiet iddiskutew l-isfidi li qed jaffaċċjaw f’ħidmiethom, proposti biex l-inklussivita` soċjali tingħata l-attenzjoni u r-riżorsi li jixirqulha ħalli tkun tista’ tlaħħaq u tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi taċ-ċittadini u l-familji residenti f’Għawdex.

Id-Dikjarazzjoni mistennija titħabbar uffiċċjalment nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru fl-10:00.

Ġenituri, qraba u ħbieb ta’ persuni f’Għawdex interessati f’din id-Dikjarazzjoni u l-pubbliku huma mistiedna jattendu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend