Il-Pulse tħabbar il-kandidati għall-elezzjoni tal-Junior College – One News

Notifiki

Il-Pulse tħabbar il-kandidati għall-elezzjoni tal-Junior College

Quddiem folla allegruża ta’ studenti, l-għaqda studentestika Pulse ħabbret is-seba’ kandidati għall-elezzjoni tal-Junior College li ser issir fid-9 ta’ Novembru li ġej.

It-tema ta’ din is-sena ser tkun We Go Again, u l-kandidati huma Elisa Gauci, Kieran Agius, Zane Borg, Kleaven Pisani, Britney Agius, Jaden Dimech u Shania Dimech.

L-Għaqda Pulse ilha għal dawn l-aħħar sentejn tmexxi l-Kunsill tal-Istudenti ta’ dan il-kulleġġ, fejn f’dawn is-sentejn wettqet diversi proġetti fosthom il-grawnd b’terf sintetiku u tisbieħ ta’ diversi spazzji li hemm fil-kulleġġ.

Ftit tal-jiem ilu l-għaqda Pulse rebħet l-elezzjoni tal-kunsill tal-Istudenti fl-ITS. Din l-għaqda wkoll tokkupa kariga fil-Kunsill Studenti MCAST.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend