BIL-FILMAT: Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li ndarbet bir-rota – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li ndarbet bir-rota

Ċiklista tilfet il-kontroll tar-rota waqt li kienet qed isuq fi Triq Burmarrad f’Burmarrad u baqgħet dieħla f’siġra. Dan ġara għall-ħabta tat-15.10.

Iċ-ċiklista hija ta’ nazzjonalità Kolombjana u għandha 24 sena. Hija tinsab f’qagħda kritika.

Issejħet l-assistenza medika fuq il-post kif ukoll il-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Dr M. Farruġia li ħatret diversi esperti biex jassistuha f’din l-inkjesta.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend