ARA: x’jiġri meta l-bniedem imur kontra Alla? – One News

ARA: x’jiġri meta l-bniedem imur kontra Alla?

‘Id-Driegħ t’Alla’ huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Anici se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018.

Dan huwa dramm qawwi ħafna li jurina x’jiġri meta l-bniedem joħodha kontra l-volontà t’Alla. L-imħabba tal-bniedem kultant tagħmina, għax naħsbu bħala bnedmin li aħna, u meta ġieli niġu għal ċerti deċiżjonijiet li nkunu ser inbatu aħna, nitfixklu u forsi wkoll nissuppervjaw.

L-istorja turina ġuvni, Oswold, li jrid imur iservi ‘l Alla fil-missjoni u l-missier, ta’ bniedem uman, dgħajjef fit-twemmin, ma jagħtix il-kunsens tiegħu, u saħansitra jisfida ‘l Alla.

X’jiġri minn hawn il-quddiem? Kif jirreaġixxi Oswald għad-deċizzjoni ta’ missieru? U t-twiddib ta’ patri Klement? “Min iħobb ‘l ommu u ‘l missieru aktar minni, mhux dehen tiegħi”. U Tumas? X’destin ikun inkiteb għal Oswald u missieru? “Sinjur waslet il-qilla ta’ driegħek”.

“Id-Driegħ t’Alla” huwa dramm li m’għandux jintilef. Tajjeb ngħidu li b’dan id-dramm, il-Kumpanija Teatrali Anici kienet rebħet il-Konkors Teatrali tas-snin 58 – 59 li kien isir propju f’istess sala tal-Imġarr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend