Reazzjoni pożittiva dwar il-budget 2019 mill-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp | One News

Notifiki

Reazzjoni pożittiva dwar il-budget 2019 mill-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp

Il-Malta Developers Association (MDA) jikkunsidra l-budget 2019 li tħabbar ilbieraħ bħala wieħed li jirrifletti progress fl-ekonomija ta’ Malta u anke bħala sforz b’saħħtu biex kulħadd igawdi minn dan il-progress.

L-MDA qalet li temmen li ż-żieda fil-paga minima nazzjonali se tirrifletti l-attitudni ekonomika pożittiva tal-pajjiż. Innutat ukoll in-numru ta’ inċentivi li se jkomplu, għal dawk li jixtru l-propjetà kemm l-ewwel darba kif ukoll dawk li se jixtru t-tieni propjetà.

B’ sodisfazzjon ukoll l-MDA tinnota li l-bżonn ta’ inċentivi għall-faċilitajiet ta’ parkeġġi privati ukoll ġew ikkunsidrati mill-Gvern kif ukoll miżuri biex ikun hawn akkomodazzjoni soċjali u kirjiet affordabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend